It-Times of Malta intervistat lill-ġeofiżiku Matthew Agius dwar it-theżżiża li laqtet lil Malta ftit minuti qabel nofsillejl tal-Ħamis. It-theżżiża kienet 3.5 fuq l-iskala Richter bl-epiċentru tiegħu jkun 16-il kilometru 'l barra mill-Mellieħa.
Matthew Agius qal li dawn it-tipi ta’ theżżiżiet huma rari għal Malta iżda mhux tal-ewwel. Fil-fatt, kien hemm ħafna theżżiżiet f’distanza simili ‘l barra mill-kosta ta’ Malta iżda ta’ qawwa ferm inqas.
Żied jgħid ukoll li dan jista’ jkun terremot ta’ darba u li mhuwiex relatat mat-terremot li nħass il-ġurnata ta’ qabel fejn kien irreġistrat l-epiċentru ‘l barra mill-kosta ta’ Katanja.