Erba' Mwiet Oħra Relatati Mal-Covid-19 – Kemm Kellhom Żmien Il-Vittmi?

Il-Ministeru għas-Saħħa jinsab infurmat li erba’ anzjani mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19. Dan ifisser li t-total ta’ mwiet issa tela’ għal 137.

Fl-ewwel każ anzjana ta’ 75 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fil-31 ta’ Ottubru, mietet fid-29 ta’ Novembru fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tieni każ anzjan ta’ 94 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-21 ta’ Novembru, miet ilbieraħ fir-Residenza St Vincent de Paule.

Fit-tielet każ anzjana ta’ 90 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-13 ta’ Novembru, mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Fir-raba’ każ anzjan ta’ 74 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-16 ta’ Novembru, miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjani, jappella biex kulħadd jimxi mal-miżuri ta’ prevenzjoni.

Strieħu fis-sliem għeżież, nittamaw li l-familjari tagħkom isibu s-sabar li tant jeħtieġu f’mumenti kiefra bħal dawn.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI