Erba’ Snin Ilu Ħalliena L-Mibki Robert Arrigo – Jibqa’ Għal Dejjem Imfakkar Għall-Kontribut Tiegħu

Robert Arrigo

Fit-18 t'Ottubru 2022, erba' snin ilu, ħalliena Robert Arrigo, li kien iġġieled kemm felaħ kontra l-marda tal-kanċer. Fl-elezzjoni tal-istess sena 2022, hu kien elett fuq id-disa' u l-għaxar distrett.

Robert twieled fl-4 ta’ Diċembru 1954 ġewwa Tas-Sliema, u serva fil-parlament Malti għal snin twal fejn saħansitra kien Deputat Kap tal-Partit Nazzjonalista.

Magħruf bħala negozjant prominenti f’Malta u kien sindku preċedenti f’Tas-Sliema kif ukoll chairman ta’ Sliema Wanderers F.C. Hu ħa l-edukazzjoni tiegħu fil-Kulleġġ Stella Maris, Ħal Balzan, u fil-Kulleġġ San Alwiġi, Birkirkara, u l-Università ta’ Malta, l-Imsida.

F'isem it-tim ta' Gwida.mt, mill-ġdid insellmu l-memorja tiegħu u nagħmlu kuraġġ lill-familjari u ħbieb. Strieħ fis-sliem Robert. Żgur li ħafna baqgħu jiftakruk għal dak kollu li għamilt tul ħajtek.

Ritratt:

Facebook/ Robert Arrigo

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI