ESKLUSSIVA: L-Ewwel Intervista Li Qatt Saret Mal-Ispettur Azzopardi Maestre

Gwida.mt bi pjaċir qed tippublika l-ewwel intervista li qatt saret lis-spettur Azzopardi Maestre (jew kif inhi magħrufa aktar bħala Becky). Minkejja x-xogħol stressanti li għandha sibna ċans nintervistawha fejn tkelimna magħha fuq l-imħabba, l-isfidi u l-kisbiet tagħha.

Rebecca Vella Azzopardi Mestre għandha 3titfal u tifla adottata, nanna u kienet miżżewġa darbtejn imma issa separata. L-ewwel xogħol li kellha kienet taħdem bħala infermiera fejn damet ġurnata, daħlet fil-korp tal-pulizija, waqfet biex tmur taħdem fuq il-vapur imma reġgħet daħlet fil-korp. 

Spettur, l-ewwel xogħol li kellek kien ta’ nurse. Jiddispjaċik li tlaqt?

Rebecca: Ma jiddispjaċinix li tlaqt minn nurse għax mill-ewwel irrealizzajt li dak ix-xoghol qatt ma kien maqtugħ għalija.





Liema kienu l-akbar kisbiet fil-karriera ta’ pulizija?

Rebecca: L-ikbar kisba fil-karriera tiegħi ta’pulizija kienet fil-fatt il-qabda ta’ Sergio.



Rebecca: … Imma meta niftakar kemm għent nies f’kazi soċjali, s-sodisfazzjon tieghi huwa bla limitu. Żgur li tibqa’ stampata f’moħħi x-xena tal-ajruplan u l-kaptan li kien qed ibgħati minn dippressjoni qawwija u li kien lest jidhol bil-passiggieri b’kollox ġot-torri ta’ Portomaso biex itemm ħajtu u joqtol lill-passiġġieri kollha li kienu abord.

Spettur, l-imħabba ma tantx daħqitlek, kont miżżewġa darbtejn Alex u James, u kont għarusa lil Jes. Lil min kont tħobb l-aktar?

Rebecca: Fil-verità nahseb li kont inħobb wisq malajr. Forsi għalhekk għaddejt minn tant disfatti fil-ħajja tal-mħabba. Imma meta nħares lura ikolli ngħid li first love never dies u l-imħabba li kelli għal Alex kienet l-iżjed waħda profonda u b’saħħitha. Meta miet sirt inħobb oħrajn veru, għax il-karattru tiegħi iġiegħlni nissielet u nibqa’ għaddejja b’ħajjti minkejja kollox. Imma ma jfissirx li qatt kien hemm xi darba li nsejt lil Alex. Biss biss miegħu kelli żewgt itfal kif qatt stajt ninsih.

Semmejt liż-żewġt titfal, inti kont u għadek tieħu ħsieb lil Sera li hija addottata. X’tgħidilna fuqha?

Rebecca: Għalkemm lis-subien inħobbhom bla qies, Sera kienet it-tifla li dejjem xtaqt li kellli. Apparti minn hekk, meta kont żgħira dejjem xtaqt li jkolli familja kbira. Infatti għalkemm diġa kelli żewġ subien ma ħsibthiex darbtejn biex lil Sera ngħoddha bħala wahda mill-familja tiegħi wkoll.

Is-sabiħa hi, li minkejja li Sera ma kinitx demmi, kienet tifhimni iżjed mis-subien tiegħi stess kultant.

Lis-spettur staqsejnieha fuq ix-xogħol li kellha fuq il-vapur, it-tifla l-oħra Gayle li kellha ma’ James. Kif ukoll l-esperjenza li għaddiet minnha meta kienet f’nofs ċatra fil-baħar u kulħadd ħasibha li kienet mejta!

L-intervista mal-ispettur Azzopardi Maestre tkompli l-ġimgħa d-dieħla. 

Soraya / Ritratti ta’ Filmati minn Youtube

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI