Ilbieraħ fl-ewwel nofs tal-episodju ta’ Love Island Malta, bdejna fuq nota kemxejn romantika. Dan hekk kif żewġ koppji oħra tat-tielet staġun, qablu li jkunu għarajjes ta’ xulxin, mhux sempliċiment koppja fil-programm.
L-ewwel tnejn kienu Matthew u Evie. Mhux l-ewwel darba li t-tnejn li huma qed juru li waslu f’punt fejn huma aktar viċin ta’ xulxin. Forsi Evie bdiet turi ġibda u interess f’Matthew aktar kmieni, iżda Matthew jistqarr li jħoss li hemm konnessjoni b’saħħitha bejniethom, u jistaqsi lil Evie tixtieqx tkun it-tfajla tiegħu. Bla dubju r-risposta kienet iva.
It-tieni koppja li huma uffiċjalment għarajjes kienu Michela u Cruyff! L-idea romantika ta’ Michela li tagħmillu sorpriża bil-kejk u bit-tiżjin b’kollox ħadmet perfettament, u Cruyff apprezzaha.
Bis-saħħa ta’ dan il-mument romantiku Michela u Cruyff esprimew li huma lesti li jkunu għarajjes. Dan wassal biex fit-tielet staġun ta’ Love Island Malta għandna erba’ koppji uffiċjali.
Facebook/ Love Island Malta