“Eżatt 18-il Sena Ilu… Aċċident Stradali Fejn Spiċċajt 7 Ġimgħat L-Isptar U 4 Operazzjonijiet” – Brian Farrugia Dwar Memorja Kerha

Brian Farrugia

L-24 ta’ Frar 2008 tibqa’ data li kienet trawmatika għall-attur Brian Farrugia. Memorja li żgur mhux pjaċir tiegħu jiftakar fiha, iżda fl-istess ħin kompla jikkonferma kemm huma prezzjużi l-ħajja u s-saħħa.

“Eżatt 18-il sena ilu… għalkemm kien bnazzi, għalija kienet daret f’maltempata… aċċident stradali fejn spiċċajt 7 ġimgħat l-isptar u 4 operazzjonijiet biex ma nitlifx saqajja l-leminija…”

Brian jgħid Grazzi lill-Madonna tal-Anġli li salva minn din it-trawma, reġa’ kiseb saħħtu biex ikompli jgawdi lil dawk għeżież.

Brian kien tkellem dwar l-imsemmi aċċident propju waqt il-poddata li kellu fuq Kellymni, fejn jistqarr li kellu jagħmel anke tibdiliet f’ħajtu fosthom jieqaf mix-xogħol wara l-aċċident.

Meta nisimgħu b’esperjenzi bħal dawn niftakkru kemm hi prezzjuża s-saħħa – messaġġ li fil-fatt iwassal Brian.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI