Id-data tal-lum ma tinsieha qatt Amanda! Bħal-lum saret omm hekk kif twieled binha Kadyn-Jo. Għal din l-okkażjoni ddedikatlu post fejn kitbitlu l-awgurju tagħha u kelmtejn sbieħ.
"Happy Birthday F'għeluq is-17-il sena tiegħek. F'dan il-jum, id-dinja tiegħi saret isbaħ għax twelidt int, Kadyn-Jo Azzopardi. Awguri f'għeluq is-17-il sena. Inħobbok illum, għada, u dejjem," kitbet Amanda.
Qasmet filmat ħelu li ċertament iġorr waħda minn ħafna memorji li għandhom flimkien. Awguri mill-qalb Kadyn-Jo!
Facebook/ Amanda Bugeja Azzopardi