George Sapiano aktar kmieni llum fuq il-mezzi soċjali tiegħu wissa li ħadd mhu sigur fid-dawl ta' dan il-virus li qed jiġri madwarna. Kmieni llum persuna ta' 54 jidher li tilfet ħajjitha u ma kellha ebda kundizzjonijiet oħra.
Dan jurina s-saħħa ta' dan il-virus u l-importanza kbira li wieħed jimxi mal-miżuri tad-dipartiment tas-saħħa u fejn jista' jevita kull tip ta' kuntatt man-nies. L-ilbies tal-maskri u l-ħasil tal-idejn hu tassew importanti!
Ejja nagħmlu l-ħila tagħna kollha biex ma nħallux lil dan il-virus jegħlibna. Ejjew nieħdu ħsieb u nirrealizzaw l-importanza li għandna nagħtu lil ħajjitna u ħajjet nies oħra. Flimkien nistgħu tassew nagħmlu differenza.
Fi stqarrija, il-Ministeru tas-Saħħa qal li r-raġel iddaħħal Mater Dei fil-25 ta’ Ottubru u ttestja pożittiv għall-virus dakinhar stess. Huwa rċieva kura intensiva u miet iktar kmieni llum. Il-Ministeru qal li r-raġel sofra minn kundizzjoni kronika oħra.
Dan ir-raġel hu t-tieni l-iżgħar vittma tal-Covid-19 f'Malta.
steru qal li r-raġel sofra minn kundizzjoni kronika oħra.Facebook / George Sapiano