Il-preżentatriċi ta' Love Island Malta, Giselle Spiteri, qed tħares 'il quddiem lejn wieħed mill-aktar kapitli importanti f'ħajjitha hekk kif uffiċjalment bdiet il-countdown għat-tieġ tagħha ma' Kurt Buttar. Permezz ta' post fuq Instagram, Giselle żvelat li fadal eżatt sena sal-jum li fih hi u l-għarus tagħha se jgħidu "iva".
Il-koppja kienet għarrset f'Lulju tal-2025 wara relazzjoni fit-tul, u għażlet li tiżżewweġ sentejn wara, fl-10 ta' Lulju 2027. Dan il-mument sabiħ jasal ftit jiem biss wara li ntemmet ir-raba' staġun ta' Love Island Malta, fejn Giselle reġgħet mexxiet il-programm b'suċċess. Issa, wara li ċċelebrat tant stejjer ta' mħabba fil-villa, qed tħares b'entużjażmu lejn l-istorja ta' mħabbitha stess.
Il-pubblikazzjoni tagħha malajr imtliet b'messaġġi ta' awguri mingħand ħbieb, segwaċi u diversi personalitajiet lokali, li awguraw lill-koppja kull ġid hekk kif beda uffiċjalment il-countdown għall-jum il-kbir tagħhom. Minn naħa tagħna, nawguraw lil Giselle u lil Kurt kull hena u suċċess fil-preparamenti tagħhom għal dan il-pass importanti f'ħajjithom.
Instagram / Giselle