Fairyland Santa's City, l-aktar attrazzjoni tal-Milied maħbuba f’Malta, se terġa’ lura mill-4 ta’ Diċembru sat-3 ta’ Jannar 2027, u din is-sena se tkun akbar u isbaħ minn qatt qabel.
Santa’s City se testendi tul ir-rotta kollha minn Pjazza Tritoni sal-Fosos, u se timla l-Belt Valletta b’aktar karozzini, aktar memorji u aktar maġija.
Din is-sena, tliet attrazzjonijiet ġodda fjamanti se jkunu lesti biex jissorprendu u jferrħu lill-viżitaturi matul dan il-Milied, filwaqt li aktar dettalji dwarhom se jitħabbru fil-jiem li ġejjin.

Iżda l-gost ma jieqafx hemm! Rudolph’s Wheel se terġa’ tixgħel is-sema tal-Belt Valletta, u toffri veduti mill-isbaħ tal-kapitali minn fuq.
Barra minn hekk, l-Ice-Skating Rink, il-Frosty Bike Circuit u l-Candy Cane Slide (li mistennija tkun akbar u aħjar), se jkomplu joffru divertiment kbir għal kulħadd.
Il-viżitaturi se jkollhom ukoll l-opportunità jżuru l-Artisan Market, fejn se jsibu rigali uniċi, xogħlijiet artiġjanali magħmulin bl-idejn u rigali żgħar ideali biex jimlew il-kalzetti tal-Milied.

Xħin trid ħa jkun hemm anke l-Food Court, li toffri għażla ta’ xorb sħun u ikel b’togħma festiva. Kemm l-Artisan Market kif ukoll il-Food Court tista' ssibhom fiż-żoni ta’ Tritoni u l-Fosos.
Għal esperjenza kompluta, se jkun hemm ukoll għażla ta’ mini games ġodda fjamanti li se jżidu aktar gost u divertiment għal ġurnata sħiħa ta’ attivitajiet fil-kapitali.

U naturalment, Milied ma jkunx Milied mingħajr il-protagonist ewlieni tiegħu! Santa Klaws u l-elves tiegħu diġà jinsabu għaddejjin bit-tħejjijiet biex jilqgħu lit-tfal minn madwar id-dinja kollha fil-belt maġika tiegħu.
Fil-fatt, Santa wiegħed li din is-sena se jibda jqassam ir-rigali minn kmieni lit-tfal kollha bravi li jżuruh f’Santa’s City.

Fairyland: Santa’s City se tkun miftuħa mill-4 ta’ Diċembru 2026 sat-3 ta’ Jannar 2027. Aqta’ l-biljetti tiegħek illum minn fairylandmalta.com u pprepara ruħek għal Milied mimli maġija, ferħ u memorji sbieħ!