Fatti Dwar Waħda Mill-Aktar Opri Artistiċi Magħrufa f’Malta – Les Gavroches

Les Gavroches

L-iskultura Les Gavroches, xogħol mill-iskultur Malti Antonio Sciortino, hija waħda mill-aktar opri artistiċi magħrufa f'Malta u tkompli tispikka għall-istorja u s-simboliżmu tagħha.

Kif fakkar id-Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI), Sciortino ħoloq din l-opra meta kellu biss 24 sena, xhieda tat-talent straordinarju li kellu minn età żgħira.

L-iskultura turi tlett itfal foqra tat-triq, ispirati mir-rumanz klassiku Les Misérables tal-awtur Franċiż Victor Hugo. Permezz tagħhom, l-artist ried iwassal messaġġ qawwi ta' reżiljenza, tama u kuraġġ, minkejja l-faqar u t-tbatija.

Ħafna jassoċjaw "Les Gavroches" mal-Ġnien tal-Barrakka ta' Fuq fil-Belt Valletta. Madankollu, mhux kulħadd jaf li l-iskultura li tinsab hemm hija replika.

L-oriġinali tal-bronż jinsab ippreservat fil-MUŻA, fejn huwa mħares bħala wieħed mit-teżori artistiċi nazzjonali.

Fatt ieħor interessanti huwa li verżjoni żgħira tal-iskultura ġiet ippreżentata lir-Reġina Eliżabetta II waqt iż-żjara tagħha f'Malta fl-1951, ġest li kompla jagħti prominenza internazzjonali lil din il-kapulavur Malti.

"Les Gavroches" tibqa' mhux biss simbolu tal-arti Maltija, iżda wkoll tifkira tal-qawwa tal-ispirtu uman quddiem l-isfidi tal-ħajja.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI