“Is-Sigriet Hu Li Tisma’ Lil Kulħadd U Tagħmel Fattik” – L-Ixjeħ Persuna Fid-Dinja Tagħlaq 117-Il Sena

L-ixjeħ persuna fid-dinja llum tagħlaq 117-il sena. Hi tistqarr li s-sigriet sabiex jirnexxielek tgħix ħajja daqstant twila hu li ma toqgħodx targumenta man-nies ta' madwarek, iżda titgħallem tisma' minflok u fl-aħħar mill-aħħar dejjem tagħmel fattik.

Ethel Caterham twieldet fl-1909 f'villaġġ żgħir fl-Ingilterra, u billi ilha tgħix 'il fuq minn mitt sena, għexet fost l-iktar mumenti importanti li sawru l-istorja riċenti.

Hi għexet fiż-żmien meta għereq it-Titanic u meta seħħew iż-żewġ gwerer dinjija; rat lir-Reġina Eliżabetta tieħu t-tron tal-monarkija Brittanika bħala tfajla ta' 25 sena, u għexet ukoll fiż-żmien meta tela' l-ewwel astronawta Amerikan fuq il-qamar.

Ta' 110 snin, Ethel għexet ukoll il-pandemija tal-COVID-19 li seħħet riċentament, u sfortunatament, kienet waħda minn dawk li ħadet il-COVID-19. Madankollu, b'xorti tajba, minkejja l-età tagħha, Ethel irnexxielha tfieq.

Sors: The Independent UK

Ritratti:

X / Neural Space

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI