Jitolbu L-Għajnuna Biex Jinstab Żagħżugħ Ta’ 16-Il Sena Bl-Awtiżmu Li Bħalissa Jinsab Mitluf

Bħalissa fuq il-midja soċjali qed jinxterdu diversi appelli għall-għajnuna hekk kif żagħżugħ ta' 16-il sena li għandu l-awtiżmu jinsab mitluf.

Iż-żagħżugħ jismu Arsene u ntlemaħ l-aħħar fil-lokalità tal-Iklin, fi Triq Ċensu Busutill. Hu kien liebes flokk iswed, xorts u karkur.

Il-familjari tiegħu stqarru li jinsabu "iddisprati sabiex inġibuh lura d-dar". F'dan l-isfond, huma talbu bil-ħniena lil kull min għandu kwalunkwe informazzjoni sabiex jikkuntattjahom minnufih fuq +356 9994 3493.

Xerrdu dan l-appell ħalli jinstab dan iż-żagħżugħ mill-aktar fis possibbli.

Ritratti:

Facebook / Kirsty Cini

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI