Riċentament, il-Kunsill Lokali tal-Imsida talbu l-għajnuna tal-publiku hekk kif minn kif jidher minn filmat, persuna ħadet basket ta’ ħaddiem minn tagħhom.
Huma qalu, “Nappellaw għall-għajnuna tagħkom biex nidentifikaw lil din il-persuna. Kif jidher fil-video, dan l-individwu nnota l-basket personali ta' wieħed mill-ħaddiema tagħna, li kien tħalla għal ftit ħin fuq kantuniera waqt li kien qed iwettaq xogħlu fi Triq il-Ħriereb. Huwa ħa l-basket u telaq bih flimkien mal-kontenut kollu tiegħu.
Żiedu, “Dwar dan il-każ diġà sar rapport mal-Pulizija. Jekk xi ħadd jagħraf lil din il-persuna jew għandu xi informazzjoni li tista' tgħin fl-identifikazzjoni tagħha, nitolbuk tikkuntattjana privatament jew tinforma lill-Pulizija. Napprezzaw ħafna l-għajnuna tagħkom. Grazzi tal-koperazzjoni.”