Fizek U Ivar Qed Ifittxu D-Djar Dejjiema Tagħhom

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Animal Welfare laqqgħu lis-segwaċi tagħhom ma’ Fizek u Ivar li qed ifittxu d-djar dejjiema tagħhom.

Qalu, “Fizek għandu sena u nofs u huwa taħlita tal-Bully, filwaqt li Ivar għandu wkoll sena u nofs u huwa taħlita tal-Boxer. It-tnejn huma klieb ferħanin u ħelwin ħafna li jħobbu ħafna lin-nies, l-attenzjoni u l-ħin li fih jilagħbu! Fizek għandu ħafna enerġija, għalhekk is-sid il-ġdid tiegħu għandu jkollu l-paċenzja biex iħarrġu u jgħinu jikkalma. Ivar, min-naħa l-oħra, huwa aktar kalm, iħobb joħroġ jimxi u huwa verament ħelu.”

Żiedu, “Qed ifittxu familji separati, għax nemmnu li din tkun l-aħjar għażla għalihom. Id-dar ideali għalihom tkun waħda b’ġnien jew spazju fuq barra fejn ikunu jistgħu jiġru, jilagħbu u jaħli ftit minn dik l-enerġija, flimkien ma’ mixjiet ta’ kuljum. It-tnejn ġew dewormed u tneħħewlhom il-briegħed dan ix-xahar, u l-ġimgħa d-dieħla se jiġu msewwija.”

Dawk kollha li jixtiequ jadottaw lil Fizek jew Ivar għandhom jagħmlu kuntatt ma’ Animal Welfare Gozo.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI