“Int Persuna Speċjali, Tħobb Ħafna U Lil Kulħadd” – Bernard Grech B’Messaġġ Sabiħ Lil Martu Anne Marie

Il-Membru Parlamentari Bernard Grech qasam messaġġ mimli mħabba u apprezzament lejn martu Anne Marie, fl-okkażjoni ta’ għeluq sninha. Permezz ta’ kitba fuq il-mezzi soċjali, Bernard għażel li jesprimi kemm martu hija persuna speċjali għalih, filwaqt li faħħar il-qalb tajba tagħha u l-mod kif dejjem taħseb f’ħaddieħor.

"Int persuna speċjali, tħobb ħafna u lil kulħadd. Kulħadd qablek, tgħin mingħajr limitu," kiteb Bernard, fi kliem li juri l-ammirazzjoni kbira li għandu lejn martu. Huwa temm il-messaġġ tiegħu bi kliem mill-qalb, filwaqt li esprima x-xewqa li jkomplu jaqsmu aktar snin u memorji sbieħ flimkien.

"Awguri għażiża Anne Marie. Għal aktar snin u memorji flimkien. Inħobbok." Messaġġ sempliċi iżda mimli sentiment, li juri r-rabta sabiħa bejn il-koppja u l-apprezzament li Bernard għandu lejn il-persuna li taqsam miegħu ħajtu.

Minn naħa tagħna, nawguraw lil Anne Marie l-isbaħ xewqat f'din il-ġurnata speċjali!

Ritratt:

Facebook / Bernard Grech

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI