“Fil-Belt Se Jkun Hemm Id-Dar Tal-Kreattivi Tal-Arti Performattiva” – Il-Ministru Owen Bonnici Jħabbar Proġett Ġdid Għan-NAPA

Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet Owen Bonnici ħabbar li binja pubblika fil-Belt Valletta, li hija amministrata mill-Awtorità tal-Artijiet u li ħafna Maltin jiftakruha bħala post fejn kienu jagħmlu l-eżamijiet, se tingħata lill-Akkademja Nazzjonali għall-Arti Performattiva (NAPA).

Permezz ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali, Bonnici qal li dak li għal ħafna snin kien biss ħolma għall-artisti tal-arti performattiva issa se jsir realtà permezz ta’ dan il-proġett. "Din hi binja pubblika amministrata mill-Awtorità tal-Artijiet. Issa l-ħolma tal-artisti tal-arti performattiva saret il-proġett tagħna hekk kif din il-binja ngħatat lin-NAPA," kiteb il-Ministru.

Huwa spjega li l-għan hu li fil-Belt Valletta tinħoloq dar dedikata għall-kreattivi tal-arti performattiva, spazju li se jkompli jsaħħaħ is-settur kulturali u artistiku f’Malta. Bonnici temm jgħid li l-Gvern se jkompli juża l-proprjetà pubblika fl-aħjar interess tal-poplu Malti u Għawdxi, filwaqt li sostna li proġetti bħal dan joffru opportunitajiet ġodda għall-artisti u għall-iżvilupp tal-arti performattiva f’pajjiżna.

Ritratti:

Facebook / Owen Bonnici

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI