Il-paġna Maltese Islands Weather appellat biex nibdew noqogħdu iżjed attenti meta nużaw affarijiet li jistgħu joħolqu n-nirien għaliex issa li beda s-sajf, ir-riskju tan-nirien qiegħed għoli ħafna.
Spjegaw, “Ninsabu fl-istaġun tan-nixfa u s-sħana. Ix-xita abbundanti tar-rebbiegħa wasslet biex ċertu speċi ta’ veġetazzjoni twalu aktar minn normal f’xi nħawi, speċjalment fil-widien. Ir-riskju ta’ nirien issa għola sew. Fil-Gżejjer Maltin, ir-riskju ta’ nirien (Fire Weather Index) jilħqu livelli għoljin għal għoljin fis-sajf, u waqt mewġa ta’ sħana jitla f’livelli severi. Il-Fire Weather Index huwa kumbinazzjoni ta’ umdita’, temperatura, preċipitazzjoni u qawwa tar-riħ. Nirien bħal dawn huma komuni madwar il-Gżejjer Maltin f’dawn iż-żminijiet. Għalkemm il-kundizzjonijiet meteoroloġiċi huma fattur b’saħħtu f’dawn in-nirien, fatturi bħal vandaliżmu jew negliġenza ma jistgħu qatt ikunu esklużi.”
Żiedu jgħidu, “Nitolbukhom tkunu kawtu aktar mis-soltu meta tużaw materjal li jista joħloq nirien (BBQs, sigaretti, ħġieġ, fdalijiet ta’ żbir u weraq minn ġonna etc …)! Nirien għandhom jiġu rappurtati lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fuq 2393 0000, jew f’każ ta’ emerġenza, fuq 112.”
Facebook / Maltese Islands Weather u Civil Protection Malta