Fil-Ħarġa Tal-Gwida Li Jmiss Il-Kantanta Emma Muscat

Fil-ħarġa li jmiss tal-Gwida, ħa niltaqgħu mal-kantanta Emma Muscat, li kisbet fama f’pajjiżna u fl-Italja grazzi għal programm Amici ta’ Antonella Clerici. Minn hemm il-karriera tal-Maltija ħadet spinta liema bħala u llum il-ġurnata hija kkunsidrata bħala waħda mill-kantanti prometenti ġewwa l-Italja.

View this post on Instagram

A post shared by Emma Muscat (@emmamuscat_official) on May 23, 2019 at 6:06am PDT

F’din l-intervista Emma tkellimna fuq dak li għaddejja taħdem fuqu bħalissa, xi pjanijiet għandha għal futur u wkoll insiru nafu aktar dwar ir-relazzjoni tagħha ma’ Biondo u l-kanzunetta li ħarġu riċentament bl-isem ta’ Avec Moi. Ftit fatti kurjużi għal qarrejja tagħna ma jonqsux anqas f’din il-ħarġa.

Dan u ħafna aktar fuq il-Gwida ta’ din il-ġimgħa li tistgħu ssibuha għall-bejgħ minn nhar l-Erbgħa 24 ta’ Lulju.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI