Fil-Ħarġa Tal-Gwida Li Jmiss Il-Preżentatriċi Simpatika Angie Laus

Angie Laus, il-preżentatriċi ta’ Ħadd Għalik u tul is-sajf li ġej ħa nerġgħu narawha fit-tmun tal-programm Tough Luck. It-tielet staġun ta’ dan il-programm. Angie titkellem dwar ċertu xewqat esaġerati li jirċievi t-tim tal-produzzjoni. Saħansitra tgħid, għandna stejjer li ġraw vera imma ma jitwemmnux.

Magħna, l-preżentatriċi titkellem dwar l-industrija lokali u għala trid trabbi qoxra iebsa. Angie persuna li tħobb tesprimi l-opinjoni tagħha imma tgħid li ma tridx tissejaħ influencer. Dan għaliex? Tiskopru aktar fil-Gwida ta’ din i-ġimgħa li tkun tista’ ssib għal bejgħ mill-ħwienet ewlenin minn nhar l-Erbgħa 26 ta’ Ġunju.

Facebook / Angie Laus

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI