Claire, Pauline u Clare jirritornaw lura għall-iskrin tat-televiżjoni bil-programm popolari tagħhom Ilsien In-Nisa, fil-ħarġa li jmiss tar-rivista tagħna ħa nkunu qed nintervistaw lit-tliet personalitajiet u niskopru ftit dwar kif jaħdmu flimkien. Nidħlu ftit fid-dettal tal-proċess ta' wara l-programm u dak kollu li jirrekjedi!
Li ħafna forsi ma jirrealizzawx hu li mhux sempliċiment wieħed ipoġġi quddiem kamera u jibda jitkellem, imma tidħol ħafna riċerka, kuntatti u aktar. Claire, Pauline u Clare jieħdu ħsieb ukoll il-produzzjoni tal-programm... minn gimgħa għal ġimgħa jkunu qed jaħdmu sabiex itellgħu programm divertenti u interessanti għas-segwaċi tagħhom.
Insomma... naħseb biżżejjed għalissa. Tiskopru aktar dwar dan u ħafna aktar fil-Gwida ta’ din i-ġimgħa li ssibu għall-bejgħ mill-ħwienet ewlenin minn nhar l-Erbgħa 11 ta' Settembru.
Facebook / Ilsien In-Nisa