“Fil-Parroċċa Santwarju Tal-Madonna Ta' Fatima Fi Gwardamangia Tal-Pietà Ġie Inawgurat Stellarju Tal-Fidda” – Gabriel Farrugia

Gabriel Farrugia, ikompli jaqsam aktar xogħol u ħidma mill-isbaħ. Hu jaqsam xi ritratti u jispjega, “Nhar il-Ħadd fil-Parroċċa Santwarju tal-Madonna ta’ Fatima fi Gwardamangia tal-Pietà ġie inawgurat stellarju tal-fidda li flimkien ma’ Joseph Duca irrinovajt.”





Hu jkompli, “Dan l-istellarju għamel wisa’ għall-kuruna fuq ix-xbieha devota fuq l-artal u issa ġie adattat u mċekken għal-istatwa tal-purċissjoni. Reġa’ wkoll sar il-‘plating’ ta’ deheb mill-ġdid. Il-‘plating’ ta’ deheb tħallas ukoll mis-Sur Joe Duca b’ rigal għas-Santwarju.”

Prosit immens ta’ dan ix-xogħol mill-isbaħ, ċertament li se jkun apprezzat minn bosta dilettanti u dawk li għandhom il-festa tal-Madonna ta’ Fatima għal qalbhom. 

Facebook / Gabriel Farrugia



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI