Il-Kunsill Lokali tas-Sliema għadu kif ħabbar fuq il-midja soċjali li se jibdew isiru patrols madwar il-bajjiet tal-lokalita kull tmiem il-ġimgħa. Dawn il-patrols mistennija jibqgħu jsiru sakemm jasal fi tmiemu l-istaġun sajfi.
Ġie spjegat li l-għan ta' dawn il-patrols se jkun li l-bajjiet jinżammu siguri u nodfa kemm jista' jkun possibbli.
"L-uffiċjali li se jwettqu dawn il-patrols se jkollhom l-irwol li jfakkru lill-viżitaturi sabiex ma jħammġux il-bajjiet, iħeġġu lil dawk li jkunu qed igawdu BBQ sabiex ma jħallux ħmieġ warajhom, iżommu għajnejhom miftuħa għal xi attitudni mhux aċċettabbli, u fuq kollox, jippromwovu r-rispett lejn il-bajjiet pubbliċi tagħna," spjega l-Kunsill Lokali Slimiż fi stqarrija.
Facebook / The Malta Police Force