Skont ir-rapport tat-temp fuq Malta Weather, il-gżejjer tagħna se jerġgħu jisħnu sew fil-jiem li ġejjin. Dan wara t-temp kiesaħ li għaddejna minnu f’dawn l-aħħar ftit jiem.
Malta Weather żvelat li: “It-temperatura f’Malta u Għawdex mistennija togħla aktar fil-jumejn li ġejjin u se tibqa’ qrib il-medja u anke xi ftit iktar sħuna mis-soltu għal minn tal-inqas ġimgħa!”
Il-fiduċja f’din il-previżjoni hija dik ta’ 80% (għolja). Din hija aħbar tajba jew ħażina għalik? Iktbilna fil-kummenti.
Facebook/Malta Weather