“Filwaqt Li Ħafna Żgħażagħ Dalgħodu Baqgħu Reqdin, Fr Oliver Ta’ 83 Sena Lesta Maratona” – Xandru Grech

Fost dawk li dalgħodu bakkru sabiex jieħdu sehem fil-Maratona ta’ Malta kien hemm Fr Oliver Borg Olivier li minkejja l-età tiegħu ta’ 83 sena, xorta waħda rnexxielu jtemm b’suċċess din il-maratona.

Hu kien fost erba’ patrijiet Ġiżwiti li daħlu għal din l-isfida bil-għan li jiġbru l-fondi għall-għaqda Jesuit Refugee Service Malta; għaqda li b’mod regolari tgħin persuni li jkunu qiegħdin ifittxu l-ażil.



F’filmat li ttella’ fuq il-midja soċjali u li ġie meħud proprju ftit sekondi qabel ma Fr Oliver temm il-maratona, hu jidher qed jiġi milqugħ biċ-ċapċip u l-ferħ tal-folla li nġemgħet f’dawk il-ħinijiet.



Il-preżentatur Xandru Grech li kien fost dawk li laqa’ lil dawk li temmew b’suċċess din il-maratona, faħħar lil Fr Oliver għad-determinazzjoni tiegħu. Fi kliemu sostna li “filwaqt li bosta żgħażagħ dalgħodu baqgħu reqdin, Fr Oliver ta’ 83 sena ħa sehem f’din il-maratona”.



Ritratti:

Facebook / Jesuits in Malta – Euro-Mediterrannean Province

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI