“Filwaqt Li Jiddispjaċini Għal Dak Illi Għaddejjin Minnu Din Il-Familja …. Nixtieq Ngħid Lil Kulħadd Li L-Persuna…” – Ludwig Galea

Ludwig Galea, minn fuq il-pjattaforma soċjali tiegħu, itella’ dan il-messaġġ fejn jiċċara aħbar li għadha kif riċentament tħabbret fuq mewt ta’ raġel ta’ 67 sena. Dan ir-raġel kien mill-Mosta fejn sfortunatament tilef ħajtu fi traġedja fejn waqa’ mill-washroom tad-dar.

“Kemm nikklarifika! Li filwaqt li jiddispjacini għal dak illi għaddejjin minnu din il-familja, nixtieq ngħid lil kulħadd li l-persuna in kwistjone mhux il-papà tiegħi. Irċevejt bosta telefonati ta’ kondoljanzi pero il-papa għall grazzja t’Alla għadu mimli għomor u magħna. Xorta nirringrazzja lil kulħadd tal-ħsieb.” 

It-team ta’ gwida.mt joffri l-kondoljanzi għal din it-telfa kiefra f’dan il-mument iebes li din il-familja qed iġġarrab. 





Ritratti: Facebook / Ludwig Galea 



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI