Programm ġdid għat-tfal beda f’din l-iskeda l-ġdida wkoll ta’ TVM, bl-isem ta’ ĦEJ! Dan il-programm huwa mmirat li jkompli jagħti ċ-ċans lit-tfal kemm jipparteċipaw fuq it-televiżjoni kif ukoll isegwu programmi adattati għalihom.
Il-producer Brandon Terrible kiteb dwar dan il-programm, li fih għall-ewwel darba qed naraw preżentatur nieqes mid-dawl. Samuel Farrugia fil-fatt konna anke rajnieh jitkellem waqt L-Istrina, meta qasam l-istorja tiegħu.
“Programm li huwa għal qalbi ħafna fejn ser itella’ l-livell tal-programmi tat-tfal f’Malta. Magħmul b’intenzjoni li jippromwovi l-inklussività, id-diversità u jirappreżenta! Għall-ewwel darba fix-xandir fuq TVM ser ikollna l-ewwel preżentatur nieqes mid-dawl, Samuel Farrugia! Din ser tkun pjattaforma b’saħħitha għat-tfal!”
Illum waslu fil-fatt għat-tielet programm ta’ din l-iskeda li jibda fl-16:10 fuq TVM. Aħna ningħaqdu mal-bosta kummenti pożittivi li kellek Brandon, u ngħidulek Prosit kbira talli qed taħseb fit-tfal kollha!