Dr Lynn Chircop Faure fakkret il-ġurnata li għadha mnaqqxa f’qalbha, meta ħadet sehem fil-Eurovision Song Contest ġewwa l-Latvja.
Hi spjegat, “23 Sena ilu kelli l-unur li nġorr il-bandiera ta’ Malta meta bħala r-rebbieħa tal-Malta Song for Europe fl-2003 ħadt sehem fil-Eurovision Song Contest ġewwa l-Latvja. Ħajti nbidlet minn dakinhar. Iżda fost l-għażliet li għamilt biex imraħt f’karrieri u rwolijiet differenti minn dak iż-żmien, nħossni verament onorata li dejjem għażilt lil MALTA u sibt l-imħabba, rispett u appoġġ kbir sabiex inwettaq kull ħolma li kelli.”
Kompliet tikteb, “Grata immens għal dak li ġarrabt u ma nbiddel xejn, għax illum jien frott ta’ dik il-holma. Forza Malta, Awguri minn qalbi Aidan.”
Facebook / Dr Lynn Chircop Faure