“Fl-Aħħar Wasal Iż-Żgħir Tagħna. Merħba Lit-Tarbija Ezra Naudi, Imwieled Fl-04.06.25.” – Philippa Ta’ The New Victorians

Philippa Naudi, mid-duo popolari The New Victorians, fuq il-mezzi soċjali tagħha dalgħodu ħabbret li lbieraħ, hi flimkien ma’ żewġha, kellhom it-tieni tarbija tagħhom. Twieled iċ-ċkejken Ezra.

Hi tikteb, “Fl-aħħar wasal iż-żgħir tagħna. Merħba lit-tarbija Ezra Naudi, imwieled fl-04.06.25. Ismek ifisser ‘l-għajnuna’, u jalla tkun proprju hekk: raġel għall-oħrajn. Tferraħ lin-nies u ġġib l-hena lil kull min tiltaqa’ miegħu. Ma nistgħux nistennew biex insiru nafuk. U oħtok l-kbira ma tistax tistenna biex fl-aħħar tgħarraxlek saqajk. Glorja lil Alla!”

F’isem it-tim ta’ Gwida, nawgurawlhom l-isbaħ xewqat. Ċertament li tarbija ġdida ġġib ħafna ferħ fil-familja. Il-familja ta’ The New Victorians tkompli tikber.

Instagram / Philipp Naudi







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI