Fl-Aħħar Nafu Għaliex Andrea Bocelli Jinsab F'Malta! – Skopri X'Qed Jagħmel F'Pajjiżna!

Jidher li pajjiżna huwa parti minn proġett ġdid tat-tenur ta’ fama internazzjonali Andrea Bocelli. Matul l-aħħar jiem rajna numru ta’ ritratti tal-kantant ċelebri Taljan idur madwar il-gżejjer tagħna u dan għaliex pajjiżna se jkun il-bażi ewlenija tal-proġett ġdid tiegħu.

Dan se jkun proġett ikkoordinat mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu flimkien mal-Mediterranean Tourism Foundation, it-tenur Andrea Bocelli għażel xeni spettakolari minn diversi postijiet madwar Malta biex ikunu parti minn dan il-proġett li se jkun qed jiġi mniedi ftit tal-ġimgħat oħra.

Pajjiżna se jkun qed jiġi reklamat madwar id-dinja, din id-darba bil-mużika u l-arti viżiva. Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli laqgħet lit-tenur Andrea Bocelli u fissret kemm dan il-proġett hu wieħed li jfisser ħafna għal Malta bħala l-aqwa vetrina fuq livell turistiku u kulturali.

Hija żiedet tgħid li Malta qed tippromwovi turiżmu ta’ kwalità u li dan il-proġett se jibgħat messaġġ b’saħħtu f’din id-direzzjoni. Andrea Bocelli waqt iż-żjara tiegħu f’Malta ġie mogħti r-rikonoxximent ‘Distinguished Friend of Malta’.

Rikonoxximent ingħata lil Bocelli għall-kontribuzzjoni eċċellenti fil-promozzjoni tal-gżejjer Maltin bħala destinazzjoni ideali għal btala, u li fl-irwol tiegħu ta’ tenur se jkun ta’ ispirazzjoni għal persuni oħrajn sabiex jiskopru l-gżejjer Maltin.

Jidher li tul din iż-żjara, Bocelli ma kienx waħdu. Iżda din id-darba kien hawn miegħu l-mara tiegħu Victoria kif ukoll it-tifla tagħhom Virginia.

Facebook / Andrea Bocelli







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI