“Fl-Aħħar, Nista’ Ngħidha. Iċċaqlaqt Għall-Gżira L-Oħra… U Iva, Xtrajt Il-Post Tiegħi Stess” – Johan Mifsud

Johan Mifsud żvela li se jibda jgħix fil-gżira meraviljuża t’Għawdex. Dan wara li rnexxielu jixtri post tiegħu stess.

Hu kiteb, “Insellem lil Malta u ħello lil Għawdex. Fl-aħħar, nista’ ngħidha. Iċċaqlaqt għall-gżira l-oħra… u iva, xtrajt il-post tiegħi stess. Dan il-vjaġġ ma bediex riċentament. Beda madwar sena u nofs ilu meta ffirmajt konvenju. Li qed taraw issa huwa l-mument meta fl-aħħar sar kollox.”

Żied jgħid, “Dawn il-ftit xhur kienu intensive iżda wkoll ferm trasformattivi. Żammejt l-affarijiet kwieti sakemm ninnaviga wieħed mill-ikbar transiżżjonijiet ta’ ħajti. Bħala artist, qatt ma rċevejt Premji jew ċertifikati mill-universita`imma xorta bqajt nagħmel xogħli, nafda fil-proċess, u nibni xi ħaġa vera bil-mod tiegħi.”



Kompla jispjega, “Ħa nispiċċa b’dan. Il-propjeta` ma tagħmlekx validu. F’dinja ossessjonata bis-suċċess materjali u t-tikketti, il-valur veru tiegħek huwa fil-paċi, fil-mod kif tikber fik innifsek, u l-imħabba li ġġorr fik. Jien niswa iżjed minn dak li għandi, u anke int.”



Nawgurawlu mill-qalb għal dan il-vjaġġ ġdid!



Ritratti:

Facebook / Johan Mifsud

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI