Fl-età ta’ tmien snin, Ed Spiteri Paris irnexxielu jikseb riżultati brillanti fil-kampjonat Rising Stars li qed iseħħ fi Stockholm, L-Iżvezja, hekk kif irnexxielu jasal għall-U9 u U10 Singles Finals.
Hu lagħab 16 -il logħba f’sitt ijiem. Sar ir-Rising Stars Champion fil-U9 u kiseb it-tieni post fil-finali tal-U10. Spiteri Paris kien l-unika player li rnexxielu jasal sal-finals ta’ żewġ singles. Ġab ukoll it-tielet trofew tiegħu fil-Boys Doubles U10.
Minkejja l-età ċkejkna tiegħu, diġa qed joħroġ it-talent brillanti tiegħu u d-determinazzjoni tiegħu fl-isports. Qed jagħmel lil pajjiżna tassew kburi. Awguri mill-qalb għażiż Ed Spiteri Paris għal dawn ir-riżultati tal-ġenn!
Facebook / Asciak Tennis Academy