“Fl-Isptar Jake Kien Jistaqsini Jekk Hux Se Jmut U Konna Ngħidulu, 'Le, Se Nibqgħu Miegħek Sal-Aħħar'" – Missier Jake

Josie, missier il-mibki Jake Vella, jitkellem b’dieqa dwar il-jiem li qatta ħdejn ibnu l-isptar ftit qabel ma sfortunatament ħalla din id-dinja wara li tilef il-ġlieda tiegħu kontra kundizzjoni rari magħrufa bħala ROHHAD.

“Kien jistaqsini jekk hux se jmut,” saħaq Josie waqt il-programm Il-Każin, fejn ddeskriva din bħala waħda mill-iżjed domandi diffiċli li kien jistaqsih ibnu.

“Aħna konna ngħidulu li le u li aħna konna se nibqgħu miegħu sal-aħħar,” kompla Josie li fisser kif dawn kienu jkunu mumenti ibsin għaliex kien jaf li sfortunatament dan ma kienx possibbli minħabba l-qagħda ta’ saħħtu.





Tista’ tidħol HAWN sabiex issegwi l-mument meta Josie tkellem dwar uħud mill-iżjed mumenti ibsin tiegħu ma’ ibnu Jake l-isptar.

Minkejja li ħalla din id-dinja ftit xhur ilu, Jake għadu sal-lum il-ġurnata jservi bħala sors ta’ ispirazzjoni u jibqa’ magħruf għad-determinazzjoni tiegħu fil-konfront ta’ tant sfidi li kellu jaffaċja minħabba saħħtu.

Strieħ fis-sliem, Jake!

Ritratti: Facebook / Jake VellaIl-KAŻIN fuq Tokis



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI