Għaddew erba’ snin minn meta Maria u Bjorn qalu iva lil xulxin. Erba’ snin minn meta flimkien ingħaqdu bħala koppja u saru ta’ xulxin. F’dan il-jum speċjali, Maria ħalliet messaġġ mill-isbaħ lil Bjorn fuq il-mezzi soċjali.
Hi kitbet, “Illum jimmarka r-raba’ anniversarju tat-tieġ tagħna. Min kien jgħidilna … xorta nibqgħu flimkien! Aħna nargumentaw dwar min hu l-aktar paċenzjuż (pjuttost ovvju li jien!) imma flimkien nibqgħu nikkubattu ma’ dak kollu li tixħet il-ħajja fuqna! Inħobbok żewġi Bjorn!”
Aħna f’isem Gwida.mt, nawguraw lil Bjorn u Maria aktar snin flimkien, nittamaw li l-Mulej jirregalhom iċ-ċans li jgawdu lil xulxin kemm jistgħu. Awguri minn qalbna.
Facebook / Maria Formosa