Din hi l-istorja ta’ Fluffy, kelb ta’ 13-il sena li qed jistenna dar u familja ġdida wara li sfortunatament, minħabba ċirkostanzi tal-ħajja li ħadd m’għandu kontroll fuqhom, ma jistax jibqa’ ma’ sidu.
“Fluffy ġabuh iċ-ċentru, imdejjaq u konfuż wara li sidu daħal f’dar tal-anzjani. Huwa għandu 13-il sena (12-il kilo), iħobb lin-nies u ser ikun kumpanija perfetta. Jieħu gost mixjiet qosra, mħarreġ u dħuli immens.”
Jekk hawn min jixtieq irabbi b’għożża lil Fluffy jista’ jew jibgħat lil Maria Attard jew jikkuntattja lil Gozo SPCA.