"Forsi L-Pazjenti Tal-Covid-19 Ma Jiftakrux Isimna Imma…" – Infermiera B'Erba' Kelmiet Sentimentali

L-Infermiera huma uħud mill-aktar frontliners fit-tim mediku li tant jaraw ma’ wiċċhom kuljum. Il-pandemija ġabet magħha żminijiet emozzjonali għalihom għax wara kollox għandhom qalb bħali u bħalek.

Anastasia hi infermiera li qassmet erba’ kelmiet sentimentali rigward ir-relazzjoni tagħha u tal-infermiera mal-pazjenti li jintaqgħu magħhom.

“Forsi l-pazjenti tal-Covid19 ma jiftakarux isimna. Imma mhux se jinsew il-mod kif għennihom jiġġieldu l-virus. Bħala infermieri għandna l-opportunità li nfejqu l-qlub, il-moħħ u il-ġisem tal-pazjenti tagħna, tal-familji tagħhom u fuq kollox tagħna nfusna”





Qatt ma nixbgħu ngħidulkom GRAZZI!



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI