Franka Il-Qattusa Qed Tfittex Id-Dar Dejjiema Tagħha

Ackerley Pace kiteb messaġġ fuq il-paġna tiegħu bħala appell biex tinstab familja għal Franka, qattusa ħelwa ta’ sitt ġimgħat.

Hu kiteb, “Franka. Mhux għall-bejgħ imma għall-adozzjoni. Qed tfittex id-dar dejjiema tagħha. Nixtieqkom tiltaqgħu maċ-ċkejkna Franka. Din it-tifla gustuża ġinġer għandha biss sitt ġimgħat u issa qed tfittex familja li tista’ ssejħilha tagħha.”

Żied jgħid, “Hi jistħoqqilha dar sigura ma’ persuni li jimpurtahom minnha, fejn tista’ tikber qalb ħafna fsied u mħabba. Jekk intom taħsbu li Franka tista’ tkun perfetta għall-familja tagħkom, kellmuni.”

L-għajnejn kbar tagħha jesprimu l-kliem kollu li ma tistax tgħid. Xerrdu dan l-artiklu biex ngħinuha.

Ritratti:

Facebook / Ackerley Pace

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI