Riċentament, filmat ta’ raġel barrani jaqbeż bla ħwejjeġ f’funtana f’Malta, mar viral u nissel rabja fost bosta min-nies. Ir-raġel qal li din kienet imħatra. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, l-Ministru Glen Bedingfield ħabbar it-tkeċċija ta’ dan ir-raġel minn Malta.
Qal, “Telaq! Iffaċjat bi tkeċċija, l-Estonjan li kien issentenzjat illum stess fuq offiżi kontra d-deċenza pubblika, qabad volontarjament, l-ewwel titjira lejn pajjiżu. Il-Pulizija tal-Immigrazzjoni akkumpanjawh sal-ajruplan. Min jagħmel imħatra u jiġi jiżżuffjetta b'pajjiżna, jitlifha.”
Glen Bedingfield