Il-kantant lokali, Dominic Cini, qasam messaġġ importanti, fejn fakkar li dawk kollha li għaddejjin minn żminijiet diffiċli, mhumiex qegħdin waħedhom u dejjem se jsibu nies lesta li toffrilhom l-għajnuna.
F’messaġġ mimli emozzjoni, Dominic tkellem dwar il-bidliet li qed iseħħu fid-dinja u l-importanza li nagħtu aktar attenzjoni lil dawk ta’ madwarna, speċjalment lil min ikun qed ibati fis-skiet.
Huwa ħeġġeġ lil kull min qed jaffaċċja diffikultajiet, biex ma jiddejjaqx jiftaħ qalbu u jfittex l-għajnuna. Kemm jekk persuna tkun għaddejja minn problemi personali, kif ukoll jekk qed tissielet mal-vizzju tad-droga jew tax-xorb. Importanti li jekk tispiċċa f'din is=sitwazzjoni ma tagħlaqx kollox ġo fiha.
Dominic fakkar ukoll, li hemm nies li jisimgħuna, iħobbuna u jixtiequ jarawna aħjar. Għal min għandu s-sieħeb jew is-sieħba tiegħu, jew it-tfal, il-preżenza tiegħu tista’ tfisser ħafna aktar milli jimmaġina.
Il-messaġġ huwa wieħed ċar: fittex l-għajnuna u titħabatx waħdek. Kultant, kelma tajba, id li toffri l-għajnuna jew persuna li tisma’ mingħajr ma tiġġudika jistgħu jagħmlu differenza kbira.
Fil-fatt, anke fl-aktar mumenti mudlama, ħadd m’għandu jħoss li m’hemmx tama.
Facebook/Dominic Cini