Għadu kemm inħareġ filmat ċkejken minn dak li għandna nistennew illejla. Id-drama ser tiżdied, u mid-dehra, se nkunu qed naraw lil xi ħadd mill-parteċipanti jħalli l-villa. Fil-filmat, Daiana rċiviet messaġġ, fejn qratu Diane fejn fost l-oħrajn qalilhom li l-poplu kien qed jivvota u qalulhom ukoll li, “ftit sigħat oħra xi ħadd minnkom se jħalli l-villa llejla stess.”
Fost l-affarijiet li għandna nistennew jidher ukoll li Michaela u Kruyff għandhom xi problema, hekk kif ġiet tidher tgħidlu biex ma jkellemiex “b’dan il-mod.”
Matthew u Evie jidhru li għandhom kwistjoni bejniethom u jidhru wkoll li se jkomplu jargumentaw Yennefer u Evie.
Min taħsbu li ser jiġi eliminat?