Fula Maqsuma Fi Tlieta: Qed Tagħrafhom Dawn It-Tliet Ġenerazzjonijiet?

Xi wħud jirtu l-imnieħer ta’ missierhom, oħrajn l-għajnejn ta’ ommhom... imbagħad hemm xi wħud li kważi kważi huma kopja identika tal-ġenituri tagħhom! Dawk li qed taraw fir-ritratti hawn fuq jifformaw 3 ġenerazzjonijiet differenti tal-istess familja – qed tagħraf min huma?

Dawn it-3 ritratti dehru llum fuq il-profil ta’ Instagram ta’ Ira Losco, u m’hemmx bżonn ngħidulkom aħna kemm hu evidenti x-xebh bejniethom! Il-persuna tan-nofs hija Ira stess meta kienet tifla, filwaqt fuq ix-xellug hemm ritratt ta’ missierha f’żgħoritu u fuq il-lemin ritratt ta’ binha Harry. U mhux min-nokkli biss: kieku ma kienx hemm l-ismijiet ma’ kull ritratt, probabbli lanqas inkunu nistgħu nagħrfu min hu min!

View this post on Instagram

I just love Sunday mornings with my Harry ♥️

A post shared by Ira Losco (@iralosco) on Sep 8, 2019 at 1:25am PDT

X’taħsbu intom – stajtu tintebħu min hu min kieku m’għednilkomx aħna?

Instagram / @iralosco

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI