Il-paġna uffiċjali tas-Servizz Pubbliku ta’ Malta kitbet xi ftit fatti interessanti dwar binja żgħira li tinstab fi gżiritna. Din il-binja, imsejħa Casino Notabile, kienet tintuża min-nobbiltà Maltija u hi parti mill-istorja ta’ pajjiżna.
Fuq il-paġna huma kitbu, “Fuq ix-xaqliba tal-Imdina nsibu l-Casino Notabile, binja żgħira iżda mimlija dettall u karattru. Għalkemm tidher qisha ġejja minn żmien il-Kavallieri, din il-binja nbniet fis-seklu 19 u kienet tintuża bħala clubhouse min-nobbiltà Maltija. Il-faċċata mnaqqxa tagħha tibqa’ tfakkarna kemm storja nistgħu nsibu fit-toroq tagħna. Qatt waqaftu tagħtu kas din il-binja?”
Nirringrazzjaw lis-Servizz Pubbliku talli qasmu mas-segwaċi tagħhom fatti dwar l-istorja ta’ pajjiżna. Għandna nkunu kburin bl-istorja tagħna!
Facebook / Is-Servizz Pubbliku