Noel Vella qasam messaġġ mimli emozzjoni u mħabba fuq il-midja soċjali, li fakkar l-ewwel laqgħa ma' Santiago ħames snin ilu fil-Portugall.
Huwa rrakkonta kif dak iż-żmien Santiago kellu biss ħames snin u b'tbissima li "serqitlu qalbu" beda kapitlu ġdid f'ħajtu li baqa' jissaħħaħ maż-żmien.
"5 snin ilu ltqajt miegħek għall-ewwel darba fil-Portugall. Kellek biss 5 snin… tifel ċkejken b'tbissima li serqitli qalbi. Illum inti parti kbira minn ħajti u ma nistax nimmaġinaha mingħajrek."
Fil-messaġġ tiegħu, Papa Noel qal li jarah jikber, jitgħallem u jiżviluppa fit-tifel li hu llum, huwa l-akbar rigal li seta' jirċievi, filwaqt li temm il-kitba b'dikjarazzjoni ta' mħabba, u sostna li Santiago dejjem se jkun ibnu, mhux bid-demm, iżda bil-qalb.