Xeni mill-isbaħ inqabdu f'Marsalforn hekk kif reġa' wasal iż-żmien tal-ħsad tradizzjonali tal-melħ, attività li ilha parti mill-wirt u t-tradizzjoni Għawdxija għal ġenerazzjonijiet.
F'post fuq il-midja soċjali, Audrey Marie Bartolo qasmet ritratti ta' xeni mill-isbaħ f'Marsalforn iċċelebrat il-ħsad ta' din is-sena, filwaqt li esprimiet il-gratitudni tagħha lejn ix-xemx, il-baħar u dawk kollha li jagħtu sehhom biex din it-tradizzjoni tibqa' ħajja sena wara sena.
Il-ħsad tal-melħ jiddependi fuq taħlita perfetta ta' xemx qawwija, baħar kalm u ħafna dedikazzjoni minn dawk li jżommu din it-tradizzjoni ħajja. Kull sena, dan il-proċess mhux biss jipproduċi melħ ta' kwalità, iżda joffri wkoll veduta unika li tiġbed l-għajn ta' bosta Maltin u turisti.
Dawn l-istampi huma tifkira sabiħa tal-ġmiel naturali ta' Għawdex u tal-importanza li nkomplu napprezzaw u nħarsu t-tradizzjonijiet li jagħmlu l-gżejjer tagħna tant speċjali.
Facebook / Audrey Marie Bartolo