Il-kantanta lokali Deborah C kitbet messaġġ lil persuna f’ħajjitha li llum qed tiċċelebra għeluq sninha – l-għażiża ommha. Waqt li tawguralha, tirringrazzjaha għall-appoġġ kontinwu li dejjem tara fiha.
“Għażiża Omm! Awguri għal għeluq sninek! Grazzi talli dejjem kont l-akbar sostenn tiegħi, il-gwida, u l-post sigur. L-imħabba, is-saħħa, u t-tjubija tiegħek ifissru aktar minn kemm nista’ nesprimi bil-kliem.”
Deborah rawguralha ġurnata mimlija ferħ. Xerrdet anke ritratt flimkien magħha għall-okkażjoni.
Awguri mill-qalb!
Facebook/ Deborah C