Jumejn ilu ngħatat l-aħħar tislima l-mibkija Kimberly Zammit li qattat l-aħħar xhur ta’ ħajjitha tiġġieled il-kanċer filwaqt li wkoll isservi ta’ ispirazzjoni għal bosta oħrajn li segwew it-traġitt tagha.
“Żomm idejk fuq it-tifla għażiża tiegħek Ivy, fuqna u fuq kull min hu fil-bżonn,” kiteb ħu Kimberly fuq il-mezzi soċjali fejn semma kif oħtu kienet maħbuba minn bosta u kif il-ġrajja tagħha tat kuraġġ lil bosta.
Ħu Kimberly ddeskriva wkoll l-uġigħ li m’għadx għandu l-opportunità li jiltaqa’ ma’ oħtu.
Strieħ fis-sliem, Kimberly!
Ritratti: Facebook / Kimberly Zammit u Joey Calleja