Chiara Vassallo hija magħrufa għall-imħabba kbira tagħha lejn l-annimali. Hija taħdem mill-qrib mas-Sunshine Animal Sanctuary Malta, fejn tgħin fis-salvataġġ u l-kura ta’ annimali abbandunati speċjalment il-fniek. B’ħinha u riżorsi personali, Chiara tgħix il-passjoni tagħha b’għajnuna konkreta, filwaqt li tqajjem kuxjenza dwar l-importanza tal-protezzjoni tal-fniek addottati f’Malta.
Fuq il-pjattaforma soċjali tagħha ttella’ dan il-messaġġ dwar is-saħħa ta’ Freddy. “Għad fadallu triq twila ħafna, imma l-qxur fuq wiċċu qed ifiequ ftit ftit, u jidher aktar attent u qisu reġa’ qed iqum iktar fuq tiegħu.
Għadu għandu qoxra kbira fuq żaqqu li għadha qed tnixxi l-materija iżda qed tiġi mnaddfa kuljum. Imma qed nittamaw li naraw aktar titjib dalwaqt.”
Ritratti: Facebook / Chiara Vassallo