Il-Membru Parlamentari Cressida Galea kitbet messaġġ fuq il-paġna tagħha biex tħeġġiġna nagħtu d-donazzjonijiet tagħna lil HopeXchange. Din hi għaqda volontarja li toffri l-għajnuna lill-familji u tfal barra minn xtutna li huma inqas ixxurtjati minna.
Hi kitbet, “Għada l-ġurnata l-kbira! Araw AGĦTI T-TAMA fuq l-istazzjonijiet kollha tat-televiżjoni. Jiena nħossni kburija li qed nagħti appoġġ lil HopeXchange Malta fil-missjoni inkredibbli tagħhom li jagħtu t-tama u l-fejqan fejn l-iktar li jkun hemm bżonnhom.”
Żiedet tgħid, “Kull kontribuzzjoni – żgħira kemm hi żgħira – tfisser id-dinja għall-ħajjiet kollha li tkun qed tmiss. Ejjew ningħaqdu flimkien biex nagħmlu differenza. Agħtu d-donazzjoni tagħkom fuq il-BOVAPP 79995959 jew REVOLUT 99491670.”
Hi ppubblikat ukoll xi ritratti tagħha ma’ xi ftit mit-tfal li l-missjoni ta’ HopeXchange irnexxielha tmiss. It-tbissima fuq fommhom turi biċ-ċar li fis-sempliċità li huma jgħixu fiha, dawn it-tfal innoċenti rnexxielhom isibu l-vera ferħ, dak li jiġi mill-qalb.
Facebook / Cressida Galea