Il-preżentattriċi Elaine Sammut għada se tiċċelebra jum għeluq sninha, hekk kif se tagħlaq 33 sena. Hi fetħet qalbha dwar dan in-numru permezz ta’ kelmtejn fuq il-paġna tagħha għaliex spjegat li minkejja li qed tikber fiż-żmien, xorta waħda għadha tħossha żagħżugħa.
Fuq il-paġna uffiċjali tagħha kitbet, “U ara naqra x’biċċa ġratli wkoll! Għada tlieta u tletin sena u moħħi jibqa’ jaħseb li għadni ta’ tmintax (daqt fuq kull sieq). Jiġrilkom hekk intom? Għadni żgħira f’qalbi.”
Ippubblikat ukoll ritratt sabiħ tagħha bi tbissima ħelwa fuq fommha.
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlha mill-qalb għal din il-ġurnata speċjali u nisperaw li tirċievi dak kollu li tixtieq qalbha!
Facebook / Elaine Sammut