Id-DJ lokali Manuel Chircop kiteb messaġġ ta’ mħabba fuq il-paġna tiegħu iddedikat lill-mara għażiża tiegħu Sandra Chircop hekk kif illum jiċċelebraw is-27 anniversarju tagħhom.
Hu kitbilha, “Għaddew 27 sena Sandra Chircop! Daqshekk ilna nippruvaw naqblu fuq xi ħaġa sempliċi, u b’xi mod għadna hawn. Kienu snin ta’ mumenti sbieħ u oħrajn inqas, però dejjem kont soda hemm għalija u għat-tfal. Għas-27 sena li ġejjin… ejja naraw x’ġej. Inħobbok u Happy 27th Anniversary!”
Ippubblika wkoll ritratt gustuż tagħhom it-tnejn mgħannqin flimkien!
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlhom mill-qalb f’din il-ġurnata tassew speċjali. Nisperaw li jkollhom ġurnata mill-isbaħ u nawgurawlhom għal iżjed snin ta’ mħabba flimkien!
Facebook / Manuel Chircop